Fl-aħħar sena 30 negozju tal-familja bbenefikaw mil-liġi dwar in-negozju tal-familja li għandha l-għan li tgħin lill-familji fin-negozju biex jittrasferixxu n-negozju minn ġenerazzjoni għal oħra mingħajr skossi.
Ċifri li għandu One News juru li 70 fil-mija tan-negozji f’Malta huma negozji tal-familja li jimpjegaw mal-40,000 elf persuni. Minn dawn, huma biss tletin fil-mija li jagħmlu tranżizzjoni ta’ suċċess mill-ewwel għat-tieni ġenerazzjoni u inqas minn għaxar fil-mija jirnexxielhom jimxu għat-tielet ġenerazzjoni.
Dr. Nadine Lia, regolatur tan-negozji fi ħdan dan l-uffiċċju għan-negozji u l-familja, qalet ma’ ONE News li l-skop ewlieni ta’ din l-inizjattiva kien propju biex dawn in-negozji jagħmlu din it-transizzjoni bl-aqwa mod possibbli :
Dr Lia stqarret li fl-ewwel sena ta’ din l-iskema, ir-rispons kien wieħed pożittiv u stqarret li n-negozjanti Maltin laqgħuha tajjeb ħafna minħabba l-fatt li hi l-ewwel waħda tax-xorta tagħha madwar l-Ewropa kollha kif ukoll spjegat li minkejja li l-maġġoranza tan-negozji f’pajjiżna huma ta’ daqs żgħir jew medju, din l-iskema tfasslet bil-ħsieb li tilħaq l-esiġenzi ta’ kull tip ta’ negozju f’Malta.
L-uffiċju tan-Negozji ħa ħsieb li din l-iskema tkun aċċessibli għal kulħadd tant li nedew sit elettroniku li jservi ta’ one-stop shop għal dawk kollha li huma interessati li jagħtu nifs ġdid lin-negozju tagħhom permezz ta’ opportunità lil uliedhom biex ikomplu jevolvu n-negozju tal-familja.