Michael Fenech Adami qed jikkordina protesta f’isem dawk li f’pajjiżna qed isejjħu lilhom innifishom s-Civil Society Network. Kollox hu maħsub għal għada quddiem Kastilja u l-pjan, li kienu qed jipprovaw iżommuh sigriet sa għada filgħodu, hu li jibdew fl-istess ħin li jibdew jilħqu l-qofol tagħhom l-attivitajiet tal-Karnival. Dan bil-għan li jidhru kemm jista’ jkun nies u jittantaw li jkun hemm xi ħadd jgħidilhom xi ħaġa.
Fil-fatt hemm ftehim li jizzikaw kemm jista’ jkun lil dawk li jkunu miġbura għall-Karnival u juru li mhux jieħdu gost bil-parteċipazzjoni tagħhom.
Fi pjazza Kastilja se jieħdu l-messaġġi li kellhom fuq il-billboards illegali u se jifirxuhom mal-art bil-għan li mbagħad jiġbduhom bi drone mill-ajru. F’messaġġi li ntbagħtu bejn in-nies tal-grupp ta’ Manuel Delia u Michael Briguglio fost oħrajn intqal li għalissa l-midja ma kelliex tkun mgħarrfa u bħalissa għaddejin it-tħejjijiet biex għada quddiem Kastilja jgħidu li ħadd u xejn mhu se jwaqqafhom.