“Lanqas f’mitt sena ma kont naħseb li kien hemm xi ħadd li kien qed isegwi kull pass li qed ngħamlu.”
Hekk kitbet mara fuq paġna Maltija ta’ Facebook bi twissija, wara li l-appartament tagħha safa fil-mira ta’ serqa. Fil-messaġġ tagħha l-istess mara kitbet kif hi xtaqet twissi lil kulħadd li filwaqt li hi qatt ma ħasbet li se tispiċċa misruqa mill-appartament tagħha, u għalkemm ħasbet li meta tgħix f’appartament tkun aktar sigura, ir-realta’ hi li qatt m’int sigura biżżejjed u li tgħix fejn tgħix xorta tista’ tkun fil-mira.
Tenniet li wieħed għandu jieħu kull prekwazzjoni biex jassigura li r-residenza tiegħu tkun sigura billi jaqfel kull tieqa, u bieb u kif ukoll jieħdu ħsieb lil min jagħtu l-aċċess għal proprjeta’ privata tagħhom.