L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Assigurazzjoni laqgħet il-ftehim li ntlaħaq bejn l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji u l-Ministeru tal-Edukazzjoni għall-proviżjoni ta’ scholarships immirati biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet fl-industrija tas-Servizzi Finanzjarji. L-Assoċjazzjoni sostniet li s-suċċess f’din l-industrija ħoloq domanda akbar għal persuni b’aktar ħiliet u kwalifiki. Spjegat kif din id-domanda tista’ tiġi indirizzata permezz ta’ riżorsi b’ħiliet neċessarji għal din l-industrija li mistennija tkompli tikber u tirreġistra aktar suċċess.
L-istess assoċjazzjoni ħeġġet lil entitajiet oħra biex isegwu fil-passi tagħha u toffri l-appoġġ lid-Dipartiment tal-Assigurazzjoni fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta u kif ukoll lill-MFSA sabiex tkompli tinvesti fir-riżorsi importanti li dan il-pajjiż joffri, ir-riżorsi umani.