Wara li ingħalaq il-process tas-sejħa pubblika għal kariga ta’ Kap Eżekuttiv, il-Bord talAwtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħatru lil Dr Louise Spiteri sabiex tokkupa din il-kariga b’effett immedjat. Dr Spiteri hija speċjalizata fil-qasam tal-liġi ambjentali. Hija kienet assistant lecturer fl-Università ta’ Malta mad-Dipartiment tal-Liġi dwar l-Ambjent u r-Riżorsi. Dr Spiteri wettqet l-istudji tagħha fl-Università ta’ Malta, fejn fl-1999 ingħatat l-lawrja fil-Liġi u sentejn wara ingħatat l-Lawrja Magister Juris fil-Liġi Internazzjonali Pubblika. Fis-sena 2000 ingħaqdet mas-settur pubbliku bħala uffiċjal legali mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Ambjent. F’din il-kariga, hija pparteċipat fin-negozjati tal-liġijiet tal-ambjent tal-UE. Kienet ukoll maħtura bħala Segretarja tal-Bord tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli mwaqqaf f’Marzu 2002.
Fl-2003 ingħaqdet mal-korp Diplomatiku fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Hawn hi segwiet kwistjonijiet legali internazzjonali u tal-UE. Fl- 2005 hija ħadmet bħala avukat lingwistiku fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropeja. Fl-2007 hija bdiet taħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fejn kompliet taħdem fuq negozjati ma’ l-UE u anke fuq infringements quddiem listess Qorti. Matul is-snin 2011 u 2013 ġiet innominata wkoll bħala l-President tal-Kunsill talProfessjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina (CPCM) u l-President tal-Kumitat tal-Appelli.
Bħalissa hi membru tal-Forum tal-Esperti Legali Ewropej dwar l-Adattament tal-Bidla filKlima. Hija ppubblikat ukoll artikli f’reviżjonijiet tal-liġi ambjentali u hija wkoll ikkoordinat diversi proġetti u programmi tal-UE. Il-Bord tal-ERA jifraħ lil Dr Spiteri fir-rwol importanti tagħha fi ħdan din l-Awtorità, u fixxogħol tagħha bħala r-regolatur ewlieni tal-ambjent.