Tim mid-Dipartiment tat-tifi tan-nar għaddejjin b’ħidma biex jikkontrollaw nirien li ħakmu bini fiċ-ċentru ta’ Londra. Fuq il-post issejħu madwat għaxar vetturi tat-tifi tan-nar u ħamsin membru mill-istess Dipartiment jissieltu kontra n-nirien f’Great Portland street qrib Oxford Circus.
Id-Dipartiment tat-tifi tan-nar rċieva madwar 40 telefonata, bi sħaba sewda tidher minn bosta żoni madwar Londra.
Iż-żona tal-madwar ġiet evakwata hekk kif qrib hemm ċilindri tal-gass u dawn jistgħu jisplodu.