Reagan Ugat Tion ta’ tlieta u erbgħin sena mill-Filippini ġie kkundannat seba’ xhur ħabs wara li wieġeb ħati li attakka sesswalment mara anzjana ta’ seba’ u sebgħin sena li ġie fdata biex jieħu ħsiebha.
Ir-raġel li għall-ewwel ċaħad l-akkużi li nġiebu kontrih, il-Ġimgħa filgħodu deher quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja u wieġeb ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih.
Il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ wara li r-raġel inqabad imiss lil mara fuq filmati li ttieħdu minn cameras tas-sigurtà li l-anzjana għandha fir-residenza pivata tagħha.
Ir-raġel tqabbad jaħdem mill-anzjana permezz ta’ aġenzija u kien ilu jafu anqas minn siegħa mindu attakkaha. L-anzjana tinsab issa fil-kura tal-qraba tagħha.
Il-Maġistrat Bugeja kkundanna lir-raġel seba’ xhur ħabs.
Il-Prosekuzzjoni tmexxijet mill-Ispettur Kylie Borg.