Is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta' Frar jitkompla l-karnival ta' Malta 2018 | One News

Notifiki

Is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Frar jitkompla l-karnival ta’ Malta 2018

Festivals Malta flimkien mat-Tim Organizzattiv tal-Karnival tfakkar li l-Karnival se jibqa’ għaddej fi tmiem il-ġimgħa. Il-Karnival tat-Tfal se jsir nhar is-Sibt 17 ta’ Frar fid-9:30am fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ €5, b’numru limitat ta’ biljetti VIP li jiswew €10. Wara ssir attività oħra fl-istess ġurnata fit-3:30pm li tinkludi programm taż-żfin u sfilata bil-karrijiet. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ €7 b’numru limitat ta’ biljetti VIP li jiswew €15. Il-Ħadd 18 ta’ Frar se jsir il-Gran Defilé fi Triq Sant’Anna, il-Furjana mis-2pm ’il quddiem.

Festivals Malta tħabbar li l-voti sottomessi b’konnessjoni mal-kompetizzjonijiet tal-Karnival ta’ Malta se jinfetħu nhar it-Tnejn li ġej, 19 ta’ Frar u b’hekk ir-riżultati tal-kompetizzjonijiet jitħabbru nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar, kmieni waranofsinhar.

Kull min xtara biljett tal-Karnival u ma użahx se jiġi kkuntattjat minn www.ticketline.com.mt biex jingħata l-flus tagħhom lura. Għalhekk għall-attivitajiet il-ġodda tal-Karnival, li huma bil-ħlas, ma jistgħux jintużaw il-biljetti ta’ qabel imma jridu jinxtraw oħrajn ġodda. Il-biljetti l-ġodda jistgħu jinxtraw onlajn minn http://www.ticketline.com.mt jew miċ-ċinemas tal-Embassy, il-Belt, mill-llum il-Ħamis 15 ta’ Frar.

Għall-aġġornamenti kif ukoll ritratti tal-Karnival ta’ din is-sena żur http://www.karnivaltamalta.org jew https://www.facebook.com/karnivaltamalta.com/.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend