Ix-xufiera tal-Malta Public Transport qalgħu medja ta’ €20,000 fl-2017 – One News

Ix-xufiera tal-Malta Public Transport qalgħu medja ta’ €20,000 fl-2017

Wara li sar magħruf li l-kumpanija Malta Public Transport kienet qed tagħmel reklutaġġ ta’ xufiera Pakistani u anke sarulha akkużi li qed tħaddimhom b’pagi baxxi, fi stqarrija ċaħdet dawn l-akkużi fil-konfront tagħha.

Malta Public transport sahqet li l-pagi tal-ħaddiema huma regolati bi ftehim kollettiv li ma jagħmel l-ebda diskriminazzjoni bejn ix-xufiera li għandha. Sostniet li x-xufiera jaqilgħu bejn €12,500 sa €25,000 fis-sena skond ix-xiftijiet kif ukoll għandhom benefiċji oħra fosthom assigurazzjoni tas-saħħa.

L-istess kumpanija qalet li ma tagħmilx differenza bejn razza, reliġjon, età jew sess. Sostniet ukoll li kienet tistenna li qabel isiru allegazzjonijiet ta’ din ix-xorta, Malta Public Transport kellha tiġi kkonsultata għaliex dan kollu jmur konta l-filosofija u l-valuri tagħha. L-istess kumpanija qalet li jiddispjaċieha li allegazzjonijiet ta’ din ix-xorta jsiru minn nies li suppost għandhom pożizzjonijiet responsabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend