Azzopardi għadda l-art f'Bulebel lill-MIP | One News

Notifiki

Azzopardi għadda l-art f’Bulebel lill-MIP

Fl-aħħar jiem Jason Azzopardi ffirma stqarrija tal-PN jikkundanna l-gvern għax art f’Bulebel kienet ikkunsdirata biex tkun estiża żona industrijali. Iżda, d-dokumenti juru li kien l-istess Jason Azzopardi li għadda l-art għal dan il-għan bil-Partit Laburista llum jippubblika l-provi u jgħid li għal darb oħra l-PN ma jistax ikun kredibbli.

 Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ambjent, Jason Azzopardi, hu l-istess bniedem li kien politikament responsabbli meta l-gvern Nazzjonalista għadda art f’Bulebel lil Malta Industrial Parks. Dan biex tintuża għal żvilupp ta’ fabbriki.

Jirriulta li t-trasferiment kien sar b’effett mill-ewwel ta’ Diċembru 2009 permezz ta’ avvviż legali li kien ippubblikat mill-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista qal li dan il-fatt jikkonferma għal darb oħra n-nuqqas ta’ kredibbiltá tal-Partit Nazzjonalista u l-kelliema tiegħu dwar kwistjonijiet ambjentali.

Bil-kelliem għall-ambjent Jason Azzopardi ma jistax ikun kredibbli meta joħroġ jikkundanna lill-MIP għax kienet qed tistħarreġ il-possibbiltà li tuża din l-art meta kien hu stess li għaddijilha biex tużaha għall-fabbriki.

Fuq kollox, qal il-Partit Laburista, dan juri kemm il-mod ġdid ta’ Adrian Delia mhu mod ġdid xejn.

Għax meta ġie biex jaħtar kelliem għall-ambjent għażel deputat li vvota favur l-ikbar estensjoni fiż-żoni tal-iżvilupp u deputat  li ma’ ismu għandu marbuta każi skandalużi ta’ kif intużat art pubblika.

Daqs kemm jgħid fuq l-ipokrezija ta’ Azzopardi, dan il-każ jesponi wkoll in-nuqqas ta’ ġudizzju politiku ta’ Adrian Delia, qal il-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista fakkar kif il-gvern qed jaġixxi differenti.

Dan għax anke jekk għandu art li skont il-pjan lokali tista’ tintuża għal skop ta’ fabbriki xorta waħda qed jikkonsulta u jaħdem biex isib siti alternattivi.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend