Minn tal-anqas 20 ruħ sfaw midruba f’ sparatura li seħħet ftit tal-ħin ilu fi skola fl-stat ta’ Florida fl-Amerka.
Hu mifhum li fuq il-post tal-attakk hemm diversi timijiet tal-SWAT Amerikana li qed tinterċetta lill-agressur li jidher li għadu ġo l-iskola.
Xi studenti li ħelsuha ħafif ddeskrivew is-sitwazzjoni bħala waħda ta’ paniku kbir u qalu li hekk kif ġew nfurmati li kien hemm persuna qed tispara fl-skola, nħoloq ġenn kbir għax l-istudenti bdew jipruvaw jaħarbu l-barra.
Aktar dettalji hekk kif jasluna …