Żieda ta' €3,260,228 fi dħul mid-Dwana ta' Malta f'Jannar 2018 | One News

Notifiki

Żieda ta’ €3,260,228 fi dħul mid-Dwana ta’ Malta f’Jannar 2018

B’konsegwenza ta’ diversi fatturi, fosthom it-tkabbir li qiegħda tirreġistra Malta fl-ekonomija tagħha, żieda fil-konsum, kif ukoll titjib fl-effiċjenza u l-kontrolli illi qiegħda tirreġistra id-Dwana ta’ Malta matul Jannar 2018, l-ewwel xahar ta’ din is-sena, komparat ma’ Jannar 2017, id-Dwana Maltija żiedet id-dħul totali tagħha bi €3.2 Miljun. Minn €33.4 Miljun f’Jannar 2017, għal €36.6 Miljun f’Jannar 2018.

Din iż-żieda fid-dħul ġiet reġistrata permezz ta’ żieda ta’ €1,548,814 mis-Sisa (Excise Duty), żieda ta’ €1,475,253 mill-VAT, żieda ta’ €51,449 mid-Dazju ta’ Importazzjoni (Import Duty) u żieda ta’ €184,712 minn dħul ieħor.

Dan ifisser li minkejja li tul iż-żmien id-Dwana bidlet ħafna mill-funzjonijiet tagħha, xorta waħda baqgħet iżżomm pożizzjoni fiskali strateġika li tiżgura dħul adekwat kemm għall-Gvern nazzjonali kif ukoll għall-Unjoni Ewropeja. Fid-dawl ta’ dan, kif juru ir-riżultati, id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed jieħu b’serjeta’ kbira l-interessi finanzjarji tal-Gvern Malti u tal-Unjoni Ewropeja, u dan billi qiegħed jimmonta frontalment attakk fuq kull tip ta’ evazjoni possibli.

Sadanittant, minkejja li s-sena 2017 kienet sena tajba ħafna għad-Dwana, id-Dipartiment huwa dererminat li xahar fuq xahar, matul l-2018, ikompli jtejjeb dawn il-figuri billi jkompli jżid l-effiċjenza u jsaħħaħ l-infurzar. Dan, id-Dwana se tkun qiegħda tagħmlu billi tinvesti fir-rizorsa umana tagħha, kif ukoll f’teknoloġija moderna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend