Rapporti żbaljati dwar inċident f'Monte Carmeli | One News

Notifiki

Rapporti żbaljati dwar inċident f’Monte Carmeli

Rapporti li qegħdin jidhru f’xi sezzjonijiet tal-media dwar inċident li seħħ illum f’Monte Karmeli huma żbaljati.

Il-managment tal-Isptar Monte Carmeli jiċħad rapport fuq netnews u Lovin Malta. Aktar kmieni llum seħħ argument bejn pazjenti rikoverati fis-sala 8B. F’dan l-argument ma kinux involuti infermiera u carers, u ħadd ma ġie ferut.

L-argument ġie kkontrollat f’ħin qasir mill-istaff tal-istess sptar. Mhux minnu lanqas li kien hemm xi swali fl-Isptar Monte Carmeli li ġew magħluqa.

Ir-rapport fuq Lovin Malta qiegħed jgħid ukoll li waqt dan l-argument ħarab pazjent mill-Isptar Monte Carmeli. Il-verità hi li pazjent, li kellu l-permessi neċessarji biex joħroġ mill-Isptar Monte Carmeli biex jagħmel il-qadi tiegħu personali, baqa’ ma rritornax lura lejn l-isptar.

Qabel joħroġ mill-isptar, kull pazjent jinħariġlu permess bil-miktub mingħand il-konsulent responsabbli mill-kura tiegħu.

Sadanittant fuq dan il-każ sar rapport fl-għassa tal-Ħamrun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend