L-Air Malta se twassal il-katavru tar-Rumen ir-Rumanija bla ħlas | One News

Notifiki

L-Air Malta se twassal il-katavru tar-Rumen ir-Rumanija bla ħlas

Il-linja tal-ajru Air Malta ser tkun qed tibgħat l-katavru tal-vittma Dan Ftepan Udrea lura lejn r-Rumanija b’xejn.

Stqarr dan iċ-Chairperson tal-Air Malta s-Sur Charles Mangion waqt il-programm Dissett.

Il-vittma Dan Udrea tilef ħajtu traġikament wara li siġra waqgħet fuq il-vettura tiegħu tat-tip Nissan kawża tal-maltemp qawwi li ħakem lil pajjiżna fl-10 ta’ Frar. L-inċident seħħ waqt li Udrea kien jinsab isuq fi Triq Notabile, l-Imrieħel.

L-istaff ġewwa d-dipartiment tal-Emerġenza kien minn tal-ewwel li ħa l-inizjattiva sabiex il-katavru jintbagħat lura lejn ir-Rumanija. Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon ikkonferma li l-mira ntlaħqet f’inqas minn 12-il siegħa.

Il-komunità Rumena f’Malta ukoll jinsabu għaddejin bi ġbir ta’ fondi, bid-donazzjonijiet għadhom miftuħin sabiex jingħataw lill-membri tal-familja Udrea.

Dan Udrea kien deskritt minn nies qrib tiegħu bħala ħabib u bniedem mill-aqwa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend