Minn propjetà tal-Gvern għal binja tal-Università – One News

Notifiki

Minn propjetà tal-Gvern għal binja tal-Università

Bħala parti mit-tisħiħ tal-edukazzjoni f’Malta il-Gvern ser jitrasferixxi l-bini tal-Universita’ l-Qadima li tinsab il-Belt Valletta, lill-Universita’ ta’ Malta.  B’dan ifisser li bħal Universitajiet barranin, l-Università ta’ Malta se jkollha l-proprjetà tagħha, li se jkun qed twassal biex din l-istituzzjoni awtonoma tkompli tissaħaħ u finalment jgawdi l-istudent. Id-dettalji.

 B’dan żvelah il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo li sostna l-impenn tal-Gvern li jkun ta’ sostenn biex din l-istituzzjoni awtonoma tkompli tisaħħaħ.

Il-Ministru Evarist Bartolo saħaq li ”Universitajiet barra minn Malta tagħtihom is-saħħa l-propjetà u l-fatt li ser ngħaddulha dan il-bini, se tghinha jkollha l-propjetà tagħha.”

Preżentament din il-binja li twaqqfet fil-ħmistax ta’ Novembru tal-elf ħames mija tnejn u disgħin hija proprjeta’ tal-Gvern, li qed tintuża bħala kampus internazzjonali li qed jospita madwar elf u mitt student barrani kemm mill-istati membri tal-unjoni ewropea kif ukoll minn pajjiżi oħra – li qegħdin isegwu kors fil-livell ta’ Baċellerat jew fil-livell ta’ Post Graduate.

Għalhekk dan it-trasferiment huwa wieħed ta’ sinifikat mhux biss għall-amminsitrazzjoni tal-Università iżda anke għall-istudent. Trasferiment li fi kliem il-Ministru Bartolo huwa wieħed dinjituż.

B’din l-aħbar pożittiva se tkun qed issegwi aktar inizjattivi pożittivi li ħa l-Gvern bil-għan li dejjem jiżdied l-investiment fl-edukazzjoni ta’ pajjiżna. Fil-fatt tul dawn l-aħħar ħames snin il-Gvern alloka aktar fondi lill-Università bl-ispiża totali żdiedet b’ħamsa u tletin fil-mija.

Il-Ministru Bartolo tenna li rridu nkomplu nsaħħu l-Università li toffri kwalità t’edukazzjoni u riċerka kemm lill-Maltin u kemm lill-barranin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend