Riskju ta’ posponiment fil-Kampjonat Premier – One News

Notifiki

Riskju ta’ posponiment fil-Kampjonat Premier

Tnejn minn tlett partiti skedati għal-lum fil-kampjonat Premier lokali jinsabu f’riskju kbir ta’ posponiment minnħabba il-kundizzjonijiet tat-temp.Il-logħbiet Lija kontra Valletta u Hibernians kontra Senglea suppost jintlgħabu llejla fil-grawnd ta’ Hibernians f’Kordin. Il-logħba l-oħra tal-lejla tara dwell interessanti fin-naħa ta’ isfel tal-klassfika bejn St Andrews u Mosta fil-grawnd Ċentinarju.

Għada skedati erba’ logħbiet.  Fil-grawnd Nazzjonali it-tim li jinsab fil-forma eċċellenti Birkirkara jilgħabu kontra Sliema filwaqt li l-leaders tal-klassfika Balzan b’żewġ plejers u kowċ sospiżi jkollhom logħba diffiċli kontra Floriana.  Fil-Victor Tedesco Stadium, dwell ieħor fin-naħa ta’ isfel bejn Tarxien u Naxxar filwaqt li Gżira jridu rebħa kontra Ħamrun biex iżommu il-pass ma’ ta’ fuq.

Għal aktar dettalji dwar dawn il-logħbiet u ħafna iktar segwu il-Programm L-Argument nhar il-Ħadd fil-17:00 fuq One HD.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend