Proġett ta' €3.3 miljun se jgħin 300 persuna vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol | One News

Notifiki

Proġett ta’ €3.3 miljun se jgħin 300 persuna vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol

Bħala parti minn ħidma kontinwa sabiex nies vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol, tnieda proġett  b’investiment ta’ €3.3 miljun.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia semma’ li dan il-proġett għandu valur ta’ €3.3 miljun u li ser jibbenefikaw 300 persuna bi bżonnijiet speċjali, 750 membru tal-familja tagħhom, kif ukoll nies li jħaddmu.Farrugia spjega li permezz ta’ dan il-proġett li hu ffinanzjat mill-fondi soċjali Ewropew ser jinfetħu sitt ċentri li wieħed minnhom huwa f’Għawdex biex nies bi bżonnijiet speċjali jistgħu jingħataw aktar għajnuna, se jingħata taħriġ lil nies diżabbli, lill-familji tagħhom u lil min iħaddem, ikun hemm kampanja li tinkludi programmi tat-televiżżjoni u radju, jingħata rikonoxximent biex jiġu inċentivati kemm il-benefiċċjari u kif ukoll min iħaddem fuq l-involviment dirett u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u se jingħataw pakketti ta’ informazzjoni differenti.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-istrateġija tal-Gvern f’dan il-qasam hija waħda fejn kull proġett huwa ħolqa f’kullana. Huwa semma li flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo, diġa’ ħabbar proġetti simili bħal dak tal-VASTE, fejn aktar nies vulnerabbli qed jingħataw għajnuna biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Farrugia qal li bil-kuntrarju ta’ ħaddieħor, dan il-Gvern qed jinforza l-kwota ta’ nies diżabbli fis-suq tax-xogħol, fejn min iħaddem u għandi tal-inqas 20 impjegat huma obbligat li jkollu 2% tal-ħaddiema tiegħu li huma nies bi bżonni speċjali.

“Bħala Gvern irridu naraw li dawk l-aktar vulnerabbli jingħataw l-għajnuna neċessarja, biex huma wkoll ikunu jistgħu jikkontribbwixxu fis-soċjeta”, temm jgħid Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend