Mara ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li kienet tinvolvi żewġ vetturi u xarabank fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu fi Triq Reġjonali fl-Imsida meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn xarabank misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Ħal-Qormi, Toyota Auris misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti Ħaż-Żabbar u Ford Ka misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara ta’ 27 sena sabiex tingħata l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.