Illum jibdew l-Olimpjadi tax-xitwa | One News

Illum jibdew l-Olimpjadi tax-xitwa

It-23 edizzjoni tal-Olimpjadi tax-xitwa li ser jibdew illum fi Pyeongchang fil-Korea ta’ Isfel mistennija jkunu l-aktar Olimpjadi kesħin fl-istorja.  Temoperaturi li jilħqu il-25 taħt iż-żero qed jagħmel ukoll diffiċli għal organizatturi speċjalment f’dawk il-kompetizzjoni li jsiru fil-muntanji biex iżomm it-trakki fl-ogħla livell.

Din ser tkun edizzjoni storika tal-Olimpjadi għax finalment ser naraw liż-żewġ naħat jimmarċjaw flimkien taħt bnadar waħda hekk kif il-marċ past ikun il-kull min hu taċ-ċerimonja. Malta wkoll se tieħu sehem f’dawn l-Olimpjadi għat-tieni edizjoni infila permezz ta’ Elise Pellegrin li ser tikkompeti fi slalom u giant slalom fl-Alpine Skiing.

Nota ta’ interess hija il-169 atleta Russu li ser jieħdu sehem bħala atleti newtrali wara li r-Russja hija sospiża fuq każijiet ta’ doping sistematiku.

Fis-17-il jum ta’ kompetizzjoni iktar minn 3000 atleta ser jieħdu sehem għal 102 medalji fi 15-il sport.

Iċ-ċerimonja se tibda f’nofsinhar ħin ta’ Malta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend