Għada se jasal f’pajjiżna t-Trofew oriġinali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA. Din se tkun opportunità unika għall-partitarji tal-futbol f’Malta sabiex jaraw mill-viċin l-iktar trofew prestiġġjuż fid-dinja tal-futbol.It-Trofew se jkun f’Malta għal ġurnata waħda biss u se ssir avveniment esklussiv fis-Suq tal-Belt, il-Belt Valletta.
Matul dan il-jum se jkun hemm preżenti wkoll plejer leġġendarju tal-FIFA, li se jkun qed jiltaqa’ man-nies waqt li dawn jieħdu ritratt mat-tazza tad-dinja.