Matul is-snin 2015 u 2016 saru 584 proċeduri tal-IVF, fejn tliet kwarti minnhom saru f’Mater Dei. Minn informazzjoni li ħarġet minn mistoqsija Parlamentari, il-Ministru Chris Fearne sġjega kif fis-sena 2016 saru 273 proċedura tal-IVF u fis-sena 2015 kein hemm 311-il proċedura tal-IVF.
Għalkemm l-informazzjoni dwar is-sena 2017 għadha qed tinġabar, il-Ministru Fearne ftit tal-ġimgħat ilu kien qal li kien hemm 104 wild minn proċeduri li saru f’Mater Dei – rata ta’ suċċess ta’ 27.5%.
Minn 311-il proċedura fl-2015, 176 saru f’Mater Dei filwaqt li 135 proċedura saru fi klinika privata. Fis-sena 2016 saru 273 proċedura li minnhom 202 proċeduri saru f’Mater Dei filwaqt li 71 proċedura saru fi klinika privata.