Norbert Bondin ġie magħżul biex jipparteċipa fil-programm il-ġdid All Together Now fuq BBC ONE, wara bosta preparamenti, auditions u intervisti li waħda mill-ġurija tiegħu hija Geri Halliwell tal-grupp Spice Girls.
Dan huwa Programm b’kunċett ġdid li qatt ma rajna bħalu s’issa peress li għandu mitt ġurija quddiem tevalwa lill-artist u dan irid jimpresjonahom.
F’kumment lil ONE News, Bondin qal: ”Kienet esperjenza ta’ eċitament kbir għalija pero jiena għamilt mill-aħjar biex nagħti interpretazioni mill-isbaħ. Kienet esperjenza fejn għamilt ħafna hbieb fix-xena tal-mużika. Apparti minn hekk, li tkun ġo studio tal-BBC u li taħdem mat-tim tagħhom għal ftit gimgħat hija xi ħaġa li ma ninsa qatt.”
Segwu l-prestazzjoni ta’ Norbert Bondin nhar is-Sibt li ġej 10 ta’ Frar fuq BBC ONE fit-20.15. Għal aktar tagħrif dwar il-kantant: https://www.facebook.com/NorbertBmusic/