Luciano Spalletti fil-mira tal-ġurnali | One News

Notifiki

Luciano Spalletti fil-mira tal-ġurnali

Mument xejn faċli għall-kowċ tal-Inter Luciano Spalletti li wara li ġie mfaħħar għal bidu eċċellenti tal-Kampjonat minn naħa ta’ Inter issa mhux biss qed jiġi kkritikat għax l-Inter qed ibatu biex jirbħu iżda anke minnħabba kummenti li hu għadda.

Ilbieraħ ġurnal Taljan irrapporta serje ta’ kummenti li Spalletti għadda meta kien qed jitkellem ma’ partitarji tal-eks tim tiegħu Roma wara draw 1-1 bejn iż-żewġ timijiet.

F’din il-konverżazzjoni privata li spiċċat taħt il-lenti tal-midja, Spalletti qal li l-Inter ma jridux jonfqu u b’tim kif inhu issa ma jistgħu qatt jikkompetu.  Huwa qal li l-Juventus huma immirati għas-suċċess u għal tim wieħed huma għandhom żewġ timijiet ta’ livell għoli biex ikunu jistgħu jilgħabu għal kull kompetizzjoni li jidħlu fiha.  Semma wkoll li l-arja ta’ Milan hija waħda tqila u ftit snin mal-klabb jieħdu enerġija ta’ ħafna snin ma’ klabb ieħor.

Meta kkonfrontat b’dawn il-kummenti ilbieraħ, Spalletti qal li min ħariġhom għandu intezzjoni waħda dik li jagħmel ħsara lilu u lill-Inter.

Spalletti ma ċaħadx li l-Inter għandha biex tinvesti fi plejers li jistgħu jgħinu biex it-tim ikun wieħed kompetittiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend