Każ ieħor ta' doping fl-atletika | One News

Notifiki

Każ ieħor ta’ doping fl-atletika

L-isprinter Brittaniku b’oriġini minn Trinidad; Tobago Nigel Levine li għandu 28 sena ġie proviżorjament sospiż wara li nstab pożittiv f’test kontra d-droga.  Kien irrapurtat li fit-28 ta’ Diċembru huwa nstab bil-mediċina Clenburol li tgħin kontra l-asthma u li hija projbita mill-World Anti-Doping Agency il-WADA. L-agenzija Anti Doping tar-Renju Unit issa ser tagħti ċans lil atleta biex jagħmel id-diviża tiegħu. WADA tipprojbixxi dan il-prodott għax jista jgħin biex jintilef il-piż maljar u għalhekk jagħti vantaġġ illeċitu.

Levine li huwa rebbieħ tal-medalja ta’ deheb fil-Kampjonat Ewropej Indoor ma kien qed jieħu sehem meta kisser il-pelvis fi Spanja waqt li kien fuq mutur mal-kompatrijott sprinter ukoll James Ellington.  Huwa kien parti mit-tim ta’ Renju Unit fl-4 għal 100 metru relay fl-Olimpjadi ta’ Rio. Mat-tim tar-relay huwa rebaħ żewġ medalji ta’ deheb, tnejn fidda u waħda bronż fil-kampjoant Ewropej u tnejn fidda u waħda bronż fil-kampjonati mondjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend