12:53 Is-smiegħ tal-każ mistenni li jkompli nhar il-15 ta’ Frar fid-9:30 ta’ filgħodu. Madanakollu, qam battibekk dwar din id-data mid-difiża fejn saħansitra ġie nsinwat li l-Maġistrat Claire Stafrace mhux qed tkun koperattiva mad-difiża għall-fatt li l-avukati tad-difiża għandhom kawżi oħra f’dik il-ġurnata.
12:38 Dwar il-preżenza tad-Deputat Avukat Ġenerali, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li f’dan il-każ, il-preżenza tad-Deputat Avukat Ġenerali Dr Philip Galea Farrugia għandu rwol attiv.
12:25 Min-naħa l-oħra d-Deputat Avukat Ġenerali Dr Philip Galea Farrugia qal li ma hemm xejn diskriminatorju dan hekk kif il-ħinijiet ta’ viżitaturi għal dawn l-imputati huma l-istess frekwenza bħal priġunieri l-oħrajn.
12:21 Bdiet tiġi diskussa l-kwistjoni dwar il-privatezza tal-imputati mal-familjari tagħhom; id-difiża lmentat li l-akkużati mhux qed jiġu ttrattati b’mod ugwali fil-ħabs għall-fatt li għall-kuntrarju ta’ priġunieri oħra li jiltaqgħu mal-familjari tagħhom f’mejda mdaqqsa u f’sala kbira, l-akkużati qed ikollhom il-ħin tal-viżitaturi f’ħinijiet differenti minn dawk normalment skedati fil-ħabs kif ukoll qed isiru f’kamra b’mejda żgħira mgħassa bi tliet gwardjani.
11:17 Qed jixhed Ivan Formosa li biegħ id-dgħajsa MAYA lill-George Degiorgo għas-somma ta’ 30,000 ewro. Il-flus ingħataw f’żewġt idrabi differenti- fit-3 ta’ Frar tas-sena 2017 meta sar il-kuntratt fejn George Degiorgio ta depożitu ta’ 10,000 ewro fi flus kontanti u l-kumplament tal-flus ingħataw nhar is-16 ta’ Frar tal-istess sena. L-20,000 ewro ngħataw ukoll fi flus kontanti. Id-deal sar fuq il-baħar fl-Imsida.11:10 Ix-xhud qalet li hija QATT ma kkomunikat ma’ Alfred Degiorgio. Sostniet li Alfred Degiorgio kien jikkuntattjaha hu stess permezz tal-mowbajl fejn kien jgħidilha sabiex tinżel isfel għall-flus tal-kera fejn b’kollox kien iħallas total ta’ €800.
11:04 Bħalissa qed tinstema’ x-xhieda ta’ Carmelo Fava li kera l-flat tiegħu f’San Pawl il-Baħar lill-Alfred Degiorgo. Minkejja li d-difiża pprovat timplika li x-xhud ma għarafx sew lill-Alfred Degiorgio, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit reġgħet talbet lix-xhud sabiex jindika b’mod ċar min huwa Alfred Degiorgio u identifika lill-akkużat.
10:53 Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Ispettur Kurt Zahra sabiex l-Ispettur tal-forensika Charlo Casha jkun jista’ jressaq l-affarijiet li ġew elevati waqt l-operazzjoni li saret b’rabta ma’ din l-investigazzjoni sabiex b’hekk dawn ikunu jistgħu jiġu investigati mill-Europol.
10:46 L-avukati difensuri qegħdin jallegaw leak mill-ħabs dwar saħħet il-klijent tiegħu Vince Muscat maghruf bhala l-Kohhu madanakollu l-Maġistrat Dr Claire Stafrace Zammit caħdet din l-istqarrija hekk kif hija qalet li dan seta’ sar minn bnadi oħra. Permezz ta’ verbal, Dr Martin Fenech ordna lid-Direttur tal-Ħabs sabiex jinvestiga dan ir-rigward.
L-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat komunika ta dan il-verbal lid-direttur tal-ħabs għall-kull provediment jew investigazzjoni li jista’ jagħmel.
Aktar qabel: Illum mistennija titkompla l-kumpilazzjoni fil-konfront tat-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-akkużati Vince Muscat ‘il-Koħħu’ u l-aħwa Alfred u George Degiorgio magħrufa bħala l-Fulu u ċ-Ċiniz ser jerġgħu jitressqu l-Qorti għad-disa’ darba fl-għaxra u nofs ta’ dalgħodu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
S’issa sar magħruf kif allegatament Fredu l-Fulu kien qed iservi ta’ spotter fil-Bidnija filwaqt li George ċ-Ċiniz kien li attiva l-bomba mill-Port il-Kbir filwaqt li Vince il-Koħħu kien jiffrekwenta l-Bidnija ta’ spiss b’mod partikolari fil-lejl li fih tpoġġiet il-bomba fil-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia.