Is-Segretarju Parlamentarighal l-Isport Clifton Grima f’isem il-Gvern Malti, feraħ lil William Chetcuti għas-suċċess li kiseb ghal pajjiżna lbieraħ f’Ċipru.
William Chetcuti zied successi iehor ma’ numru inkredibbli ta` successi meta rebah il-Gran Prix Internazzjonali ta’ Cipru. Dan il-Grand Prix huwa pass importanti lejn il-preparazzjoni ta` Chetcuti ghal Loghob tal-Commonwealth li ser ssir f’ Gold Coast f’April li gej fejn Chetcuti jkollhu l-isfida ta’ tiratuti mill-Indja, Awstralja u Gran Brittanja.Is-Segretarju Parlamentari qal li dan is-suċċess ikompli jkabbar il-kuraġġ biex fi żmien li ġej il-Gvern iżomm mal-wegħda tiegħu dik li jagħti shooting range internazzjonali lil Malta.
Din is-shooting range se tospita f’Ġunju li ġej l-aqwa tiraturi tad-dinja meta Malta għall-ewwel darba se tospitta stadju tal-World Cup fi trap, skeet u double trap f’kategoriji maskili u feminili. Dr Grima saħaq ukoll li dan l-impjant u t-temp tajjeb ta’ Malta se jżid it-turiżmu sportiv matul ix-xhur tax-xitwa b’ħafna tiraturi issa jibdew jiġu Malta flok Ċipru peress li l-konettivita’ ta’ Malta mal-bqija tad-dinja hija aħjar.