Dipolomazija Sportiva fl-aqwa tagħha fil-Korea | One News

Notifiki

Dipolomazija Sportiva fl-aqwa tagħha fil-Korea

Oħt il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un jigifieri ser tattendi għaċ-ċerimonja uffiċjali ta’ logħob olimpiku tax-xitwa li ser issir nhar il-Ġimgħa li ġejja fi Pyeongchang il-Korea ta’ Isfel. L-aħbar ġiet ikkonfermat minn sosri ministerjali f’Seoul.Din ser tkun l-ewwel membru tal-familja Kim li ser taqsam il-fruntiera.  Iż-żewġ naħat ser jagħmlu marċ taħt bandiera waħda.  Din għal ħafna hija meqjusa bħala pass diplomatiku kbir mhux biss bejn iż-żewġ pajjiżi iżda anke bejn il-Korea ta’ Fuq u l-bqija tad-dinja.  Madankollu, l-Istati Uniti, il-Ġappun u pajjiżi oħra qed jgħidu li din hija mossa strateġika għal propoganda mill-familja Kim.

Kim Yo-jong hija l-iżgħar tifla ta’ Kim Jong-il li miet u għalhekk hija oħt il-mexxej Korean.  Hija il-mara ta-segretarju ġenerali tal-partit fil-Gvern u figura importanti fil-Koreja ta` Fuq Choe Ryong-hae.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend