Alexis Sanchez kkundannat 16-il xahar ħabs sospiżi. | One News

Notifiki

Alexis Sanchez kkundannat 16-il xahar ħabs sospiżi.

L-attakant ta’ Manchester United, Alexis Sanchez ġie kkundanat 16-il xahar ħabs wara li ffroda lid-Dipartiment ta’ taxxa fi Spanja fiż-żmien meta kien ma’ Barcellona.

Huwa ametta li iffroda €983,443 fis-snin 2012 u 2013.  F’Jannar Sanchez kien deher quddiem il-qorti permezz ta’ video link u ammetta li ma ddikjarax dħul mill-bejgħ ta’ imaġini tiegħu f’dak il-perjodi.  Sanchez ukoll aċettali jħallas il-flus kollha lura, flimkien ma’ interessi lit-teżor Spanjol.

Din mhiex l-ewwel darba li player evada it-taxxa, bl-aktar każ riċenti ikun dak ta’ Lionel Messi li fl-2016 meta ġie kkundanat 21 xahar ta’ priġunerija sospizi. Qabel, anke Javier Mascherano weħel sentenza ta’ priġunerija sospiża fuq każ simili.

Inċidentalment, it-tliet players kienu jilgħabu ma’ Barcellona.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend