TM tirċievi tmien offerti għall-bini ta' seba' flyovers fil-Marsa | One News

Notifiki

TM tirċievi tmien offerti għall-bini ta’ seba’ flyovers fil-Marsa

Il-Ministru Ian Borg għadu kemm ħabbar li llum għalqet is-sejħa għall-offerti għat-tielet u l-aħħar fażi tal-proġett ta’ seba’ strutturi ta’ flyovers fil-Marsa, minflok it-traffic lights fi Triq Aldo Moro u l-inħawi.

Sostna li iddaħħlu 8 offerti, għal valur medju ta’ €45 miljun (minn €33.5M sa €57.7M), mingħand konsorzji u kuntratturi Maltin u barranin; liema offerti se jiġu studjati bir-reqqa biex tintgħażel l-aħjar waħda fix-xhur li ġejjin.

Fil-jiem li ġejjin ser nibdew it-tieni fażi, li tinkludi diversi xogħlijiet ta’ servizzi taħt il-livell tat-triq u l-bini ta’ korsiji ġodda li ħa jieħdu post it-toroq eżistenti sakemm nibnu l-flyovers ġodda, waħda għal kull direzzjoni. Dan, hekk kif dalwaqt tintemm l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett.

B’hekk se jiġu eliminati t-traffic light junctions u anke titkompla tittaffa d-diffikultajiet fl-ivjaġġar f’dawn l-inħawi.

Dan il-proġett huwa pass ieħor fit-twettiq tal-pjan għal trasport aktar sostenibbli, aktar sikur u aktar effiċjenti, hekk kif jixraq lil pajjiżna, sostna l-Ministru Ian borg.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend