32 atleti Russi appellaw kontra l-esklużjoni tagħhom mill-loghob Olimpiku tax-xitwa – One News

Notifiki

32 atleti Russi appellaw kontra l-esklużjoni tagħhom mill-loghob Olimpiku tax-xitwa

Dawn jinkludu atleti li kienu ġew sospiżi fuq l-iskandlu doping liema sospensjoni ġiet iddikjarata nulla mill-Qorti ta ‘ arbitraġġ għall-Isport (CAS) l-ġimgha li għaddiet. Id-deċiżjoni ser tittieħed f’seduta annwasli li ser ssir nhar l-Erbgħa, jumejn qabel il-logħob.

Il-Kumitat internazzjonali Olimpiku (IOC) stieden 169 atleta Russu li jikkompetu bħala atleti indipendenti f ‘ Pyeongchang wara li pajjiżhom kien ipprojbit li jippartecipa wara l-iskandlu doping fl-Olimpjadi ta’ Sochi. 43 atleta Russi kienu pprojbiti għall-ħajjithom wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni IOC li sabet evidenza ta’ doping sponsorjat, mill-Istat Russu.

Nhar il-Hamis, l-Cas qalbet is-sospensjonijiet tat-28 atleta u  u laqgħet parzjalment 11 il-appell ieħor.

Il-President IOC Thomas Bach qal: “L-assenza ta ‘ sanzjonijiet mill-Cas ma jfissirx li  huma intitolati li jirċievu invit mill-IOC għax meta tirċievi din l-istedina huwa privileġġ ta’ atleta Russu nadif. Madankollu, 32 atleti qed jitolbu biex jippartecipaw.”

Fost dawk li appellaw hemm ic-champion Olimpiku ta’ speed skating Viktor Ahn u bir-rebbieħ ta’ żewġ medalji tad-deheb fil-biathlon Anton Shipulin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend