Fi stqarrija li ħarġet mill-Ministeru tal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u tibdil fil-Klima bħala risposta ghall-allegazzjonijiet fl-artiklu tal-gazzetta The Malta independent tal-ħadd, ġie michud kategorikament dak li ntqal taht it-titlu Keith Schembri’s business partner eyeing lucrative government bottle deposit contract.
L-artiklu qalet l-istqarrija tal-Ministeru, għandu l-għan li jippreġudika inizjattiva innovattiva ambjenatli bi stqarrijiet infodati b’sentenzi li jgħidu li l-proġett u t-tender ikunu magħmulin diġa’ maħsuba għall-kumpanija Acumen. Il-Gvern fakkar li se jniedi process ta’ konsultazzjoni pubblika fil-miftuħ fil-ġimgħat li ġejjin fejn il-partijiet interessati se jkollhom l-opportunità li jistudjaw il-proposti.