Ħabta kerha f'Għajnsielem | One News

Notifiki

Ħabta kerha f’Għajnsielem

Żewġ sewwieqa u passiġġier ndarbu meta żewġ karozzi ħabtu ġo tliet karozzi pparkjati oħra fit-Triq ta’ Mġarr, Għajnsielem, kmieni fil-Ħadd filgħodu.

Il-ħabta, seħħet ftit qabel is-sitta ta’ filgħodu, fejn kienu nvoluti Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 22 sena minn Xewkija, u BMW 320 misjuqa minn Mellieħi ta’ 24 sena. Il-karozzi pparkjati kienu tal-għamla: Toyota Vitz, Ford Escort u Nissan March.

Tfajla ta’ 17-il sena li kienet passiġġiera fil-BMW weġġgħet ħafif filwaqt li tfajjel ta’ 17-il sena li kien passiġġier ukoll fl-istess karozza, ma weġġax.

Ritratt: MRTU

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend