Roberto Fabricini: Il-Kummissarju appuntat għall-Federazzjoni Taljana tal-futbol | One News

Notifiki

Roberto Fabricini: Il-Kummissarju appuntat għall-Federazzjoni Taljana tal-futbol

Roberto Fabbricini segretarju ġenerali tal-CONI, il-kumitat Olimpiku Taljan,huwa l-kummissarju straordinarju tal-FIGC, Federazzjoni Taljana tal-futbol,  wara l-elezzjoni li falliet biex teleġġi president federali.  L-ex Milan Billy Costacurta u  l-avukat Angelo Clarizia huma ż-żewġ sotto-kumissarji tal-FIGC li jingħaqdu ma’ Roberto Fabbricini. Din kienet id-deċizjoni tal-Kumitat Ezekuttiv tal-CONI il-bierah filgħaxija.

“Għandna kuxjenza nadifa”: Dan huwa dak li qal il-president tal-Coni, Giovanni Malagò, f”konferenza stampa, qabel ma jħabbar il-ħatra ta’ Roberto Fabbricini bħala kummissarju straordinarju tal-FIGC.  Malagò qal: ” Il-kummissarju, se jdum sitt xhur u fil-mument aħna ma nafux jekk humiex se jkunu biżżejjed jew ser ikollna intawlu iktar’.

Intant fi żvilupp li qed jisemma b’insistenza Fabrini illum ser jinnomina lil l-istess Malago bhal kussimarju tal-Lega ta` Serie A.  dan mistenni jibda jahdem sabiex issir ir-rivoluzzjoni fil-futbol fl-Italja li lahqet il-qiegh meta ma ikkwalifikawx ghat-Tazza ta’ dinja li gejja. Il-mudell li adottaw il-Germanja wara l-2006 ser jigi studjat mill-qrib.

Intant ser ikun il-kowc tal-Under 21 Gigi Di Biagio, li ser imexxi lill-Italja għal-logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Ingiletrra, Germanja u Franza tax-xhur li ġejjin. L-assistant Kumissisarju Billy Costacurta li ser jieħu ħsieb l-arja teknika, qal li Di Biagio huwa l-unika kowċ fil-Federazzjoni li jista’ jagħmel dan u anke huwa rigal għax-xogħol eċċelenti li għamel mat-tim ta’ żgħażagħ.

Costacurta ser jibda jiltaqa’ fl-ordni ma’ Conte, Ancelotti, Mancini u Ranieri biex finalment jintgħażel il-kowċ nazzjonali li jmexxi lit-tim fl-ewwel logħba ta` Nations Cup kontra l-Polonja f’Settembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend