Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta’ Tony Camilleri – One News

Notifiki

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta’ Tony Camilleri

Il-Partit Laburista jqis il-mewt ta’ Tony Camilleri, il-Bayzo, bħala telfa kbira għax-xena mużikali u kulturali Maltija. Għal snin twal il-Bayzo iddistingwixxa ruħu bħala wieħed mill-personaġġi ewlenin tal-qasam mużikali Malti.

Fost oħrajn jibqa’ mfakkar għall-interpretazzjonijiet tiegħu fir-Rock Opera, Ġensna, li baqgħet għal qalb ħafna Maltin.

Saħansitra, anke bħala artist, Tony Camilleri kellu prestazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li mar f’diversi kontinenti jippromwovi l-mużika Maltija u anke jferraħ emigranti Maltin. Għalkemm Camilleri ħalla din il-ħajja, żgur li l-vuċi tiegħu se tibqa’ tidwi għal ħafna snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend