Dawra durella u inċertezza dwar l-IIP mill-PN – One News

Notifiki

Dawra durella u inċertezza dwar l-IIP mill-PN

Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jdur minn pożizzjoni għall-oħra dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

L-aħħar pożizzjoni hi dik li l-Partit Nazzjonalista issa m’għandux pożizzjoni, anke jekk qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali wiegħed li se jżomm il-programm.

Kien il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, li ma’ The Malta Independent qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux pożizzjoni.

Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jqis li jbiddel il-pożizzjoni tiegħu għal darb oħra.

Ftit xhur ilu l-Partit Nazzjonalista qal li se jżomm il-programm. Fil-kampanja elettorali li għaddiet kien Simon Busuttil stess li qal li se jżommu.

Ara: https://www.youtube.com/watch?v=lvwcXeQQ5xA

Simon Busuttil kien wiegħed li jżommha wara li kien saħansitra qal li jirtira ċ-ċittadinanza ta’ dawk li jinvestu fil-programm. Ara: https://www.youtube.com/watch?v=2fMh9yJKKkY

Dawn id-dikjarazzjonijiet kunfliġġenti fuq programm li qed ifisser investiment kbir għal Malta saru fl-istess żmien li esponenti tal-Partit Nazzjonalista kienu qed iħaddmu l-programm bħala aġenti tiegħu jew jitkellmu f’isem min ried iħaddmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend