L-Air Malta bi ftehim ma' Air Baltic | One News

Notifiki

L-Air Malta bi ftehim ma’ Air Baltic

Il-linja nazzjonali tal-ajru ta’ pajjiżna, l-Air Malta, laħqet ftehim mal-linja tal-ajru tal-Latvja l-airBaltic li hu deskritt bħala codeshare agreement.

Din is-sħubija, li hi parti mill-istrateġija tal-Air Malta li tissokta tħares lejn possibbiltajiet tat-tkabbir u swieq ġodda, tfisser ukoll li l-passiġġieri li jibbukjaw ma’ airBaltic jistgħu jaslu Malta ta’ kuljum permezz tad-destinazzjonijiet diversi li  l-linji tal-ajru għandhom fl-Ewropa. Minn naħa l-oħra l-klijenti tal-Air Malta se jkollhom konnettività aħjar għall-Ewropa tal-Lvant.

Uffiċjali għoljin miż-żewġ kumpaniji tkellmu b’sodisfazzjoni dwar dan il-ftehim biċ-Chief Commercial Officer tal-Air Malta jgħid li dan hu parti mill-istrateġija tal-kumpanija li tifttex swieq ġodda filwaqt li tkabbar in-netwerk tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend