Is-senat tal-Polonja approva liġi kontroversjali li tagħmel illegali li takkuża l-Pollakki b’kumpliċità fl-olokawst tan-Nażżisti.
Il-liġi tipprojbixxi milli tiddeskrivi l-kampijiet tal-mewt tan-Nażżisti fil-Polonja bħala Pollakki.
Din tpoġġi wkoll penali jew sentenzi ta’ ħabs sa massimu ta’ tliet snin bħala kastig.
Il-proposta kkawżat qasma ma’ Iżrael li takkuża lill-Polonja b’attentat li tbiddel l-istorja.
Il-liġi trid tiġi ffirmata mill-President tal-pajjiż qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, tkellem kontra d-draft ta’ din liġi u appella biex titwaqqa’.
Sitt miljun Lhudi inqatlu fl-olokawst.