Test ġdid tad-demm jista' jittraċċa kanċer qabel jitfaċċa | One News

Notifiki

Test ġdid tad-demm jista’ jittraċċa kanċer qabel jitfaċċa

Kull tip ta’ kanċer li wieħed jista’ jimmaġina fosthom tal-ovarji, fwied, fl-istonku, fil-frixa u tas-sider fost oħrajn, issa, jidher li hemm tama minn esperti li permezz ta’ test wieħed tad-demm, jista’ jinkixef minn kmieni u tiskopri x’għandek eżatt.

Il-punt l-aktar impressjonanti huwa li dan it-test jinduna bil-kanċer minn stadji bikrin ħafna, saħansitra anke qabel ma pazjent ikun wera xi sintomi partikolari. Ix-xjentisti qed jisperaw, li dan it-test jgħin biex jiġu evitati forom ta’ trattamenti ineffiċjenti bħal kimoterapija. Operazzjoni tista’ tkun biżżejjed biex tneħħi l-kanċer mill-ġisem. Dan kollu jgħin biex il-ħajja tkun ferm aħjar.

Dan l-istadju qed isir minn xjentisti tal-iskola medika Johns Hopkins f’Balimore, fl-Istati Uniti fejn ippubblikaw ir-riċerka fil-ġurnal li jismu Science. Dan it-test ġdid qed jissejjaħ CancerSeek.

Meta ċ-ċelloli tal-ġisem isiru kanċerużi, iseħħ tibdil ġenetiku. Iktar minn hekk, iċ-ċelloli jibdew jikbru b’mod inkontrollabli. Jekk ċellola ta’ tumur tmut, partijiet minnha jispiċċaw fid-demm. Kanċer jista’ jiġi ttraċat dirretament minn dan l-aspett. Dan it-test ġdid jiskrinja d-demm għal 8 proteini u 16-il ġenetika simili li huma karatteristiċi ta’ ċelloli kanċerużi.

Fil-każ tal-kanċer fl-ovarji u l-fwied, dan it-test qed juri li huwa ta’ min wieħed joqgħod fuqu. Infatti, 98 fil-mija tat-tumuri preżenti ġew innutati permezz ta’ dan it-tip ta’ test. CancerSeek jidher li qed jgħin ħafna f’din il-ġlieda qerrieda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend