Se jinżlu t-temperaturi u jkollna ftit xita – One News

Notifiki

Se jinżlu t-temperaturi u jkollna ftit xita

Arja kiesħa qed toriġina lejn it-Tramuntana tal-Ewropa u mistennija tinżel l’isfel lejn iċ-ċentru tal-Mediterran fil-ġranet li ġejjin.

Jidher li fi tmiem il-ġimgħa ser ikollna ftit xita ħafifa f’forma iżolata minħabba l-massa t’arja kiesħa. Dan mistenni jiġri hekk kif din l-arja qed tikkontrasta mal-arja relattivament iktar sħuna li qed taffetwana bħalissa.

Minn nhar il-Ħadd 4 ta’ Frar nistennew tibdil fit-temperaturi hekk kif dawn mistennija jinżlu bi ftit gradi, hekk kif l-ogħla mistennija tilħaq il-15C u l-inqas l-10C, mentri t-Tnejn 5 ta’ Frar jinżlu ftit iktar hekk kif l-ogħla tilħaq it-13C u l-inqas l-10C.

It-temperaturi viċin dawn il-livelli mistennija jippersistu matul il-ġimgħa d-dieħla wkoll.

Dan ħabritu s-sit indipendenti ta’ FirstMalta. Żur http://www.firstmalta.com u https://facebook.com/firstmalta għal aktar tagħrif.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend