ESKLUSSIVA: Claudette Buttigieg tlaqqatha wara l-intervista tat-Times – One News

Notifiki

ESKLUSSIVA: Claudette Buttigieg tlaqqatha wara l-intervista tat-Times

Id-deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg, li hija wkoll impjegata bħala Human Resoursces Manager fid-Dar Ċentrali laqtitha wkoll.

ONE NEWS jista’ jikkonferma li wara intervista mat-Times of Malta fejn sabitha diffiċli ssib ma xix taqbel mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, Buttigieg ingħatat l-aħbar li mhux se żżomm il-kariga li għandha.

Jirriżulta li n-nies ta’ madwar Delia jriduha barra mill-istamperija. Għalkemm f’dan l-istadju mhux eskluż li jirnexxielha tinnegozja xi ħaġa oħra kif għamel Fabian Demicoli li spiċċa minn kap tal-kamra tal-aħbarijiet.

Għalkemm lil Buttigieg qalulha li se tispiċċa bl-iskuża ta’ ristrutturar, kemm hi u kemm persuni oħra fil-Partit Nazzjonalista, jafu sew li dan mhux il-każ.

Buttigieg, meqjusa fost il-ftit liberali fil-Partit Nazzjonalista, għandha linja ta’ ħsieb differenti ħafna minn ta’ Delia tant li mat-Times of Malta qalet li l-mozzjoni tiegħu dwar l-IVF kienet bħal żelqa fuq qoxra ta’ banana.

Bħal f’każi oħra kienu Pierre Portelli, il-Kap Eżekuttiv ta’ media.link u Clyde Puli, Segretarju Ġenerali li kkomunikaw ma’ Buttigieg għax Adrian Delia fid-Dar Ċentrali rari jkun preżenti u f’dawn l-okkażżjonijiet, jisparixxi għal kollox.

Buttigieg hija magħrufa wkoll bħala waħda mill-iktar deputati li kienu qrib Simon Busuttil tant li kien ħatarha bħala deputat speaker.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend