Malta se tikkompeti fit-tieni semi finali u fit-tieni nofs tal-Eurovision Song Contest li se jittella’ f’Lisbona fl-10 ta’ Mejju.Tħabbar dan illum waqt konferenza li matulha l-ismijiet tal-pajjiżi ttellgħu bil-polza sabiex jiġi żvelat liema pajjiżi se jkunu qed jikkompetu kontra xulxin fis-semi finali.
Bħal ta’ kull sena l-ebda Eurovision ma jkun faċli; kemm minħabba l-votazzjoni bil-ġirien jappoġġjaw lil xulxin u anke minħabba t-talent li jkun hemm. Din is-sena Malta se tkun qed tikkompeti kontra pajjiżi b’saħħithom fosthom ir-Russja, ir-Rumanija, l-Isvezja, l-Awstralja, l-Ukrajna u l-Ungerija.
Żgur mhux forsi li l-artist jew l-artista Malti/ja li se jkun qed jiġi nkurunat bħala rebbieħ is-Sibt li ġej, se jkun qed jagħmel ħiltu biex jirrappreżenta lil pajjiżna bi prestazzjoni mill-aqwa biex jekk ngħaddu jieħu sehem fis-serata finali li se tittella’ fit-12 ta’ Mejju.