Fir-rapport annwali tagħhom fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna, l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali jsostnu li “Malta remains one of the fastest-growing economies in Europe”. Il-Gvern laħaq il-miri fiskali “three years ahead of schedule”, il-qgħad naqas għal “record-lows”, u l-progress ekonomiku ta’ pajjiżna ġie rifless f’titjib fil-credit rating.
Skont l-IMF, dawn ir-riżultati huma dovuti għal miżuri meħuda mill-Gvern, deskritti bħala “prudent policies, which advanced structural reforms and strengthened private and public-sector balance sheets.” L-esperti tal-IMF sostnew li “the June election, which resulted in the Labour Party maintaining a comfortable majority in Parliament, provides a strong mandate for the government to pursue its reform strategy”.
Il-miżuri ekonomiċi mħaddna mill-Gvern Laburista “were broadly in line with past IMF policy advice”. L-esperti jinnutaw li “the party’s platform focuses on creating jobs, enhancing physical and human capital, further diversifying energy sources, and improved waste management.” Barra minn hekkjirrikonoxxu l-impenn tal-Gvern biex itejjeb l-inklużjoni soċjali u l-housing.
Is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna mistenni jkompli fis-snin li ġejjin. Ir-rapport tal-IMF jgħid li “growth is projected to remain robust throughout the forecast horizon”, tant li qed jipproġettaw li din is-sena t-tkabbir ekonomiku se jilħaq 5.7%. Dan meta sa sena ilu kienu qed ibassru tkabbir ta’ 3.1%, jew kważi n-nofs ta’ dak li qed ibassru issa.
L-esperti tal-IMF qed isostnu wkoll li “the government is set to over-achieve the 2017 budget target”. Fil-fatt ir-rapport ibassar li l-2017 għalqet b’surplus ta’ 1.4%, kontra t-tbassir ta’ 0.8%. Għal din is-sena l-IMF qed tbassar surplus ta’ 0.8% kontra t-target ta’ 0.5% li sar fil-budget li għadda. Dan mistenni jwassal biex il-piż tad-dejn nazzjonali jaqa’ għal 50% din is-sena u sa tmiem din il-leġiżlatura jersaq lejn l-40%. Ta’ min ifakkar li f’Marzu 2013 il-piż tad-dejn nazzjonali kien qabeż il-71%.
L-IMF jinnota li dan it-tkabbir qed joħloq sfidi ġodda, fosthom pressjoni fuq l-infrastruttura. Madanakollu jingħad li “Malta is tackling infrastructure gaps amid significant challenges” filwaqt li jirrikonoxxi li “the government’s Transport Master Plan would help mitigate congestion and increase business productivity”. Ir-rapport jinnota wkoll li “the government has taken measures to increase the availability of housing units to low-income groups”.
L-IMF ħarset lejn il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment u, bil-kontra ta’ li dejjem tallega l-Oppożizzjoni, tgħid li “the application process is subject to stringent due-diligence by Identity Malta, resulting in a rejection rate of around 20 percent”. L-IMF tgħid ukoll li “the cost of the IIP is relatively high compared to other citizenship programs.”
Wara l-aċċelerazzjoni fit-tkabbir, kif ikkonfermat mill-Fond Monetarju Internazzjonali, il-momentum għandu jinżamm u jsir l-investiment neċessarjugħall-futur. Huwa għalhekk li l-Gvern ser ikompli jieħu mizuri biex itejjeb l-infrastruttura u r-riżorsi umani ta’ pajjiżna, kif ukoll ikompli jaħdem biex il-ġid jasal dejjem aktar għand kulħadd.