Minn din il-ġimgħa total ta’ 39,877 anzjan se jibdew jirċievu pagamenti li jvarjaw bejn €150 u €300 fis-sena.
Anzjani ta’ ’l fuq minn 75 sena li jkunu għadhom jgħixu fi djarhom se jingħataw €300, filwaqt li se jingħata bonus ta’ €250 jew €150 fis-sena lil persuni li jkunu laħqu l-etá tal-pensjoni iżda għadhom ma għalqux 75 sena u li ma jkunux ħallsu biżżejjed bolol biex jieħdu pensjoni.
B’kollox se jitħallsu 27,572 persuna li jaqgħu taħt is-Senior Citizen Grant u bejniethom se jieħdu €8,233,923.62.
Intant 12,305 persuna, li numru sostanzjali minnhom huma nisa, li jkunu laħqu l-età tal-pensjoni iżda għadhom ma għalqux 75 sena u li ma jkunux ħallsu biżżejjed bolol biex jieħdu pensjoni, se jieħdu bejniethom €2,488,366.80.
B’hekk is-somma totali allokata hija ta’ €10,722,290.42.
Dawn l-għotjiet jingħaqdu maż-żidiet fil-pensjoni li ngħataw lill-anzjani.
Din hija xhieda ta’ kemm il-Gvern hu kommess li jkompli jagħmel id-differenza għall-aħjar fil-ħajja tan-nies għax dan hu Gvern li jwettaq dak li jwiegħed.