Rita Grech ta’ ħamsa u tletin sena ġiet ikkundannata sena ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstabet ħajta li xehdet falz dwar allegat każ ta’ abbuż li seħħ fuq binha min-nannuh.
Il-mara ġiet mixlija li f’Mejju ta’ ħames snin ilu xehdet flaz fi proċeduri kriminali li l-Pulizija ħadet fil-konfront tan-nannu tat-tifel Emanuel Grech.
Fix-xhieda tagħha, Grech allegat li meta kienet qed tara lil binha fil-prenżenza ta’ żewġ uffiċjali tal-Appoġġ, binha qalilha li n-nannu tah xebgħa fil-parti tiegħu u speċifikat li d-daqqa’ tahielu fid-duda. Qalet li t-tifel neża’ għarwien u wriha tbenġila.
Madnkollu fil-qorti, iż-żewġ supervisors li kienu peżenti waqt l-aċċess b’superviżjoni ċaħdu dak allegat mill-omm. Dr Carina Testa, qalet li dakinahr it-tifel wera l-istonku lil ommu u qalilha li n-nannu tah daqqa b’ħadida. Qalet li l-omm dehret maħsuda b’din l-aħbar bit-tifel jgħolli l-flokk u wera żaqqu lil ommu.
L-istess xehdet Charmaine Scicluna, is-supervisor l-oħra li stqarret li l-marka kienu fuq ġenbu.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li bix-xhieda tagħhom, is-supervisors ċaħdu li t-tifel f’xi ħin neħħal l-qalziet jew neża’ għarwmien kif xehdet l-omm quddiem il-Qorti tal-Appell kriminali. Lanqas ma rriżulta li t-tifel wera xi post ieħor għajr għal ġenbu.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li Grech ma tistax titwemmen u li x-xhieda tagħha m’għandhiex mis-sewwa. Qieset li din ma kinitx l-ewwel darba li l-mara xellfet difrejha mal-ġustizzja u ordnat ukoll l-interdizzjoni ġenerali għal għaxar snin.