Tbati mid-dipressjoni? | One News

Notifiki

Tbati mid-dipressjoni?

Forsi dak li jkun ma jirrealizzax kemm hi perikoluza d-dipressjoni, u fil-fatt hija verament. Daqs kemm hi sitwazzjoni diffiċli, daqshekk iehor hija komuni. Imma dejjem hekk lok li wieħed jieħu azzjoni dwarha u ma jħallihiex tikkontrollalu ħajtu.

Fil-verità din hija diżordni fil-burdata li toħloq ħafna emozzjonijiet differenti lill-bniedem. Meta jkun hemm 5 sintomi minn dawn fuq perjodu twil ta’ ġimgħatejn ifisser li trid tieħu iżjed bis-serjetà, is-sitwazzjoni tiegħek:

  1. Burdata ta’ dipressjoni: ikunu nies li forsi jixtiequ jibku u ma jistgħux, iħossuhom bla tama u bla ħila ta’ xejn.
  2. Ma jkollhom l-ebda gost jew interess f’attivitajiet li s-soltu jħobbu jagħmlu.
  3. Disturbanza fl-aptit fejn ħafna drabi, il-persuna titlef l-aptit u tonqos fil-piż. Hemm min jiġrilu l-kontra.
  4. Disturbanza fl-irqad fejn wieħed ma jkunx jista’ jorqod għal ħin twil u jekk iqum, ma jkunx jista’ jerġa’ jorqod. Hemm min ukoll jorqod iżjed (estremi).
  5. Attitudni kajmana jew aġitata: jiċċaqlaq ħafna inkella jintelaq kull hin u kull mument tal-jum.
  6. Bla enerġija ta’ xejn anke jekk ma jkun għamel xejn matul il-jum.
  7. Qtiegħ il-qalb u ħtija. Persuni bid-dipressjoni ma jħossuhom kapaċi għal xejn. Iħossuhom ħatja għal kull saram li jinqala.
  8. Il-Proċess mentali ma jkunx jista’ jseħħ fejn wieħed ikollu diffikultà jikkonċentra.
  9. Fuq l-aġenda, spiss ikun hemm is-suwiċidju fejn tisma’ l-persuna tgħid li aħjar mejta.

Fatt interessanti hu, li bejn 4% mill-irgiel u 6% min-nisa jkollhom mumenti qawwija ta’ dipressjoni f’ ħajjithom. Illum ħafna jsostnu huwa li meta tirrealizza li persuna għaddejja minn bidu ta’ dawn is-sintomi, tinġibdilha l-attenzjoni b’kawtela fejn tiggwida lill-persuna tkellem tabib.

Importanti li wieħed inaqqas ftit mir-rutina mgħaġġla, jistrieħ izjed u jsib mumenti ta’ rilassament fl-ambjent. L-ikel jgħin ukoll ghal izjed bilanċ jekk tagħżel li tiekol b’mod meqjus u ftit minn kollox. Hawn entitajiet f’pajjizna bħal Richmond Foundation li jgħinu ħafna f’dan il-qasam. Teżisti wkoll mediċini kif ukoll psikoloġi li jgħinu mmens.

Sfortunatament għad hawn nies li jaħsbu li jekk tkellem psikologu, inti għandek ċerta grad ta’ mard, mentri dan mhux minnu. Issib ukoll nies li ma jifhmux lil dawn in-nies li għaddejjin mill-problema u jġibulhom id-dinja fit-tarf bi kliem tipo: ara kif spiċċajt? Dan hu totalment żbaljat għaliex dak li jkun iħoss toqol doppju. Il-kawtela hija importanti.

Huwa importanti li wieħed ifittex l-għajnuna minn psikjatri/tobba kwalifikati li jistgħu jordnaw mediċini u terapisti kwalifikati li huma mgħallma apposta dwar teknika li tgħin lil dak li jkun jieħu ħsieb is-sintomi u l-emozzjonijiet tiegħu. Tiħux ir-riegni f’idejk u tesperimentax waħdek bil-mediċini.

Nies magħrufa li batew id-dipressjoni huma: Boris Yeltsin (President Russu), J.K. Rowling (awtriċi tas-serje Harry Potter), Jim Carrey (attur u kummidjant), Vincent Van Gogh (pittur) u Winston Churchill (Prim Ministru Ingliż)

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend