Vettura tat-tip Toyota Vitz inqerdet għal kollox wara li kmieni dalgħodu nħakmet minn nirien kbar fl-Imqabba.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:15 ta’ dalgħodu fi triq Ħal Kirkop fl-Imqabba meta għal xi raġuni vettura tat-tip Toyota Vitz ħadet in-nar, bin-nirien ikunu tant kbar li vettura oħra quddiema tat-tip Volkwagen inħakmet ukoll min-nirien, b’oħra fuq quddiem tat-tip Peugeot iġġarrab ukoll ftit ħsarat. Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. Mhux qed ikun eskluż li l-vetturi tqabbdu bin-nar minn xi persuna jew persuni.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat A. G. Vella. Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fejn saħansitra qed jiċċekjaw xi filmati minn kameras tas-sigurta’ li hemm fil-madwar.