Tarbija ta’ tliet xhur ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni wara li kienet passiġġiera f’vettura li kienet involuta f’inċident f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-22:45 fi Triq Dun Karm f’Birkirkara meta vettura tat-tip Honda misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Birkirkara fid-direzzjoni mill-Imsida lejn Ħal Lija tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li daħal fic-central strip, baqa’ dieħel f’arblu fejn bl-impatt spiċċa fil-karreġġjati tan-naħa l-oħra direzzjoni oppost – dan bil-konsegwenza li kellu impatt ma’ vettura oħra li kienet ġejja mid-direzzjoni l-oħra misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Birkirkara u li miegħu kellu passiġġiera mara ta’ 26 sena u tarbija ta’ 3 xhur.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tarbija l-isptar sabiex tinżamm taħt osservazzjoni fejn fortunatament ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.