Il-Pulizija f’Toronto qed tqis il-mewt tal-koppja biljunarja Kanadiża Barry u Honey Sherman bħala delitt.
Huma nstabu mejta fir-residenza tagħhom f’North York fil-15 ta’ Diċembru. Ir-riżultati tal-awtopsja kkonludew li huma mietu mgħallqin. Investigaturi qed iqisu dan il-każ bħala wieħed suspettuż iżda kien hemm kontroversja għaddejja dwar kif mietu hekk kif ma kienx ċar dwar il-kawża tal-mewt.
L-ewwel ħsieb tal-Pulizija kien li l-każ kien jinvolvi qtil u suwiċidju hekk kif xi ħadd minnhom qatel lill-persuna l-oħra u wara qatel lilu nnifsu iżda jidher li dan ma kienx il-każ.