Id-Dwana ta’ Malta inawgurat uffiċċjalment scanner ġdid, b’investiment ta’ iktar minn żewġ miljun u nofs ewro. F’konferenza tal-aħbarjiet, intqal kif l-iscanner, li ilu Malta mill-aħħar ta’ Novembru elfejn u sbatax, se jżid l-ammont ta’ qabdiet li tagħmel id-Dwana b’iktar minn għaxra fil-mijja.
Grazzi għal din it-teknoloġija ġdida, apparti l-qabdiet, se jkunu qed jirdoppjaw ukoll in-numru ta’ spezzjonijiet, minħabba li l-iscanner se jagħmilha possibbli li jiġu ċċekkjati kontenituri.
Permezz ta’ dan l-investiment, se jkun possibbli li d-Dwana ta’ Malta tkompli żżid fuq is-suċċessi li kellha din is-sena, u f’dawn passati.L-iscanner, li għandu l-forma u d-daqs ta’ kontejner, inġieb mill-Ġermanja mill-kumpanija Nuchtech Limited, u qiegħed jgħin fis-sorveljanza fil-Freeport ta’ Birżebbuġia.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, spjega li l-iscanner innifsu sewa miljun u nofs ewro, b’ħamsa u sebgħin fil-mijja ta’ dawn jitħallsu minn fondi ewropej.
Il-Ministeru għall-Finanzi imbagħad ikkommetta ftit iktar minn miljun ewro oħra, f’apparat biex ikun jista jitħaddem l-iscanner, fosthom control room, u tranġar tas-sit eżistenti.