Aġġornat: BIL-FILMAT: Identifikat ir-raġel li nstab b’daqqiet ta’ sikkina fil-Furjana – One News

Notifiki

Aġġornat: BIL-FILMAT: Identifikat ir-raġel li nstab b’daqqiet ta’ sikkina fil-Furjana

Ir-Raġel Tuneżin ta’ 31 sena residenti l-Furjana li kien qed isofri minn ġrieħi serji wara li nstab mitluf minn sensih u b’daqqiet ta’ arma u bil-ponta fil-Furjana m’għadux fil-periklu tal-mewt.

Il-każ ġara għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ħamis li għadda filgħaxija fejn ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Miratur, il-Furjana.Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn instab raġel mitluf minn sensieh u li għandu daqqiet, allegatament, ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa u l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Filmat u ritratt: Edward Montebello

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend